Thursday, April 18, 2024

UEFA Super Cup: Real Madrid jirbħu b’goal f’kull taqsima

Aqra wkoll

Real Madrid……………… 2

Eintracht Frankfurt…….. 0

F’finali li ntlagħbet fl-Olympic Stadium ta’ Helsinki, fil-Finlandja, Real Madrid rebħu s-Super Cup Ewropea għall-ħames darba meta għelbu lil Eintracht Frankfurt bl-iskor ta’ 2-0.

Din il-finali tintlagħab bejn iċ-champions Ewropej u l-holders tal-UEFA Europa League … f’dan il-każ Real u Eintracht rispettivament. 

Fl-ewwel azzjoni perikoluża, li waslet fl-14-il minuta, Eintracht fallew ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta Rafael Borre żmarka għal kollox lil Daichi Kamada li quddiem Thibaut Courtois, ra lill-goalkeeper Madrilen jilqa’ t-tenattiv tiegħu.

Tliet minuti wara waslet ir-risposta ta’ Los Blancos iżda Tuta salva minn fuq il-linja fatali x-xutt ta’  Vinicius Junior li għeleb għal kollox lill-goalkeeper Kevin Trapp.

Fis-36 minuta, l-istess Trapp kien providenzjali meta xeħet f’corner ix-xutt ta’ Vinicius minn tarf il-kaxxa. Iżda mill-istess corner, Real Madrid fetħu l-iskor meta Karim Benzema għola fuq kulħadd u bid-daqqa ta’ ras tiegħu dehret li kienet se tintemm barra, Casemiro niżżel lejn David Alaba li bil-kalma kollha xeħet f’lasti vojta.

Fl-40 minuta, Toni Kroos għadda lejn Benzema li minn pożizzjoni idea­li falla ċans tad-deheb meta x-xutt tiegħu għadda ma’ sieq il-lasta.

Fil-55 minuta, Real kienu għoddhom skorjaw it-tieni goal meta x-xutt bid-dawra ta’ Vinicius ġie salvat b’riflessi eċċezzjonali ta’ Trapp.

Fit-62 minuta, Casemiro kien sfortunat meta x-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa għeleb li Trapp iżda ġie mċaħħad mill-mimduda.

Tliet minuti wara l-Ispanjoli rduppjaw minn first-timer ta’ Karim Benzema wara li rċieva mingħand Vinicius.

Kien goal li qatel għal kollox l-aspirazzjonijiet tal-Ġermaniżi hekk kif il-Madrileni kkontrollaw l-andament tal-logħba u qatt ma dehru f’xi periklu li setgħu jsofru xi goal, bil-coach Carlo Ancelotti jagħmel diversi sostituz­zjonijiet lejn it-tmiem. 

Ekonomija

Sport