Wednesday, December 25, 2024

UEL: Man Utd jiksbu l-ewwel rebħa

Aqra wkoll

Meta ntlagħbet ir-raba’ ġurnata tal-Fażi tal- Kampjonat tal-UEFA Europa League, Manchester United irreġistraw l-ewwel rebħa meta għelbu lil PAOK bl-iskor ta’ 2-0 filwaqt li Tottenham ħarġu telliefa kontra Galatasaray.

Man Utd v PAOK – Manchester United laqgħu lil PAOK u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-0, b’doppjetta ta’ Amad Diallo (50, 77).

Galatasaray v Tottenham – Tottenham Hot­spur marru t-Turkija u sfaw megħluba minn Galatasaray bl-iskor ta’ 3-2.

Il-goals waslu minn Yunus Akgun (6) u doppjetta ta’ Victor Osimhen (31, 39) filwaqt li Will Lankshear (18) u Dominic Solanke (69) wieġbu għal Spurs li kel­lhom lill-istess Lankshear (60) imkeċċi għal żewġ karti sofor. 

St Gilloise v Roma – Roma komplew marru l-Belġju u ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn St Gilloise.

Kien Gianluca Mancini (62) li fetaħ l-iskor għall- Giallorossi iżda Kevin Mac Allister (77) kiseb id-draw għat-team ospitu.

Olympiakos v Rangers – Olympiakos u Rangers temmew fi draw ta’ 1-1 biż-żewġ goals jaslu fit-tieni taqsima.

Ayoub El Kaabi (57) fetaħ l-iskor għall-Griegi filwaqt li Cyriel Dessers (64) kiseb id-draw għall-Iskoċċiżi.

Lazio v Porto – Lazio għelbu lil Porto 2-1, bl-iskorers ikunu Alessio Romagnoli (45) u Pedro (93) filwaqt li Stephen Eustaquio (66) ki­seb id-draw momentarju għall-Portu­giżi.

Ekonomija

Sport