Is-Segretarju tal-Istati Uniti Antony Blinken fi stqarrija qal li uffiċjali Amerikani jinsabu f’kuntatt dirett mar-ribelli Sirjani li ħadu l-poter fl-aħħar jiem.
Blinken qal dan wara li ntemmen il-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Grupp tal-Pajjiżi Għarb li kienet qiegħda ssir fil-belt ta’ Aqaba fil-Ġordna.
Hu qal li l-Istati Uniti għamlet kuntatt dirett mar-ribelli HTS li jinsabu fil-kontroll tas-Sirjan wara li dawn neħħew mill-poter lill-President Assad.
Din kienet l-ewwel darba li l-Istati Uniti qalet li qiegħda f’kuntatt mar-ribelli, li s’issa għadha tqishom bħala organizzazzjoni terroristika.
Blinken kien qiegħed il-Ġordan f’laqgħa flimkien ma’ diversi Ministri tal-Pajjiżi Għarab, kif ukoll għall-istess laqgħa attendew rappreżentatni tat-Turkija u anke tal-Unjoni Ewropea. Fuq nett tal-aġenda kien hemm il-futur tas-Sirja hekk kif issa Addas telaq mix-xena politika.
Waqt il-laqgħa ġie deċiż li l-pajjiżi li attendew se jkunu qegħdin jgħinu biex ikun hemm transizzjoni ta’ poter paċifiku u bl-ebda mod ma jridu li s-Sirja tispiċċa f’kaos u fi gwerra ċivili.
Huma sejħu lill-Gvern il-ġdid Sirjan biex jirrispetta d-drittijiet tal-minoranzi u ma joffrux kenn lit-terroristi.