Saturday, July 25, 2026
Home Internazzjonali Uġigħ ta’ żaqq f’tifel ta’ tliet snin irriżulta li hu kanċer

Uġigħ ta’ żaqq f’tifel ta’ tliet snin irriżulta li hu kanċer

Mijiet ta’ nies jingħaqdu biex jgħinu lit-tifel Ingliż u l-familja tiegħu

0
811

Freddy Champan, tifel ta’ tliet snin mir-Renju Unit, ingħata l-aħbar kerha li l-kawża tal-uġigħ ta’ żaqq li kien qiegħed isofri, kien proprju sintomu ta’ kanċer fi stadju avvanzat. 

Demi Chapman, omm Freddy ħadet lil binha l-emerġenza wara li kien  ilu jsofri ugigħ fl-istonku għal ġimgħa. Minn ultrasound, indunaw li ċ-ċkejken għandu tumur bejn il-fwied u l-kliewi u wara aktar ittestjar irriżulta li dan il-kanċer kien saħansitra infirex f’sidru. 

“Qatt ma bsart li seta’ kien kanċer. Qabel ma ħadnih l-isptar, kien qiegħed jiġri u jilgħab allavorja kien ma jiflaħx. L-ewwel ħsieb tiegħi kien li ma setgħax imexxi l-ikel għax beda jgħidli li kien muġugħ. Infatti, it-tabib irrakomanda l-lassativi u kollox mar lura għan-normal,” tgħid l-omm b’dieqa. 

Madankollu, l-omm tirrakkonta kif Freddy kompla jiggrava tant li ma riedx iqum minn fuq is-sufan. Huwa ġie iddijanjostikat b’newroblastoma u qiegħed fir-raba stadju. Bħalissa qiegħed jingħata l-kimoterapija u t-tobba infurmawhom li hu mistenni li jqatta diversi ġranet fl-isptar tat-tfal f’Birmingham. 

Il-professjonisti qiegħdin jittamaw li fi żmien tliet xhur, permezz ta’ dan it-trattament, it-tumur jiċkien u għaldaqstant ikunu jistgħu joperawh. Bħalissa, il-familja qiegħda tistenna wkoll il-konferma jekk il-kanċer infirex fil-mudullun. 

Diversi nies emozzjonaw ruħhom bil-ġrajja tal-familja Chapman u għalhekk ddeċidew li jkunu ta’ sapport u jgħinu bl-aħjar mod li jistgħu, billi jiġbru xi  donazzjonijiet. Jenny Haris, maniġer fiċ-ċentru tal-kura tat-tfal li kien jattendi fih Freddy tgħid, “il-mira tagħna kienet li niġbru madwar £500 (madwar €600) biex nixtrulu xi ġugarelli u ħwejjeġ tal-irqad eċċ u filwaqt li ngħinu wkoll lill-omm fil-vjaġġ lejn u mill-isptar. Ma Konniex qed nistennew ir-rispons qawwi li kellna. Il-paġna laħqet diversi nies.” S’issa jidher li dik il-mira ntlaħqet u qabżu aktar minn €3,500 (£3,000).