Wednesday, March 27, 2024

Iċ-ċittadini tal-belt Ċiniża Wuhan se jiġu ttestjati kollha wara li reġa’ feġġ il-virus

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tal-belt Ċiniża ta’ Wuhan se jibdew jittestjaw il-popolazzjoni kollha u dan wara li l-virus Covid-19 reġa’ feġġ f’din il-belt. Dan qiegħed iseħħ hekk kif fl-aħħar sigħat Wuhan irreġistrat seba’ każi trażmessi lokalment – l-ewwel każi ta’ trażmissjoni lokali f’iktar minn sena. 

Din il-belt ta’ 11-il miljun persuna kienet spiċċat fiċ-ċentru tal-attenzjoni meta fl-2019 kien ġie interċettat għall-ewwel darba l-virus Covid-19. Fiċ-Ċina b’mod ġenerali qiegħed ikun hemm żieda fin-numru ta’ każijiet tant li hemm 15-il provinċja li ġew affettati u għalhekk qed jerġgħu jiddaħħlu miżuri ta’ lockdown u anke testijiet spissi. L-awtoritajiet huma tal-fehma li dan qiegħed iseħħ minħabba l-varjant Delta li qiegħed ikun megħjun mit-turiżmu domestiku.  Sa issa ċ-Ċina kien qed jirnexxilha tikkontrolla t-tixrid tal-virus b’mod domestiku, iżda minħabba l-varjant Delta l-każi reġgħu qed jiżdiedu. Fil-preżent il-belt ta’ Zhangjiajie fil-provinċja Hunan hija l-iktar li qiegħda tħasseb lill-awtoritajiet hekk kif għadd ta’ każijiet feġġew f’dawn l-aħħar jiem ġewwa din il-belt. L-uffiċjali qed jinvestigaw teatru ġewwa Zhangjiajie fejn hu maħsub li kien hemm konċentrazzjoni ta’ nies infettati. Minħabba f’hekk l-awtoritajiet qed ifittxu 5,000 persuna li attendew numru ta’ spettakli f’dan it-teatru u li issa marru lura lejn il-belt fejn jgħixu. 

Din l-aħħar imxija nfirxet ukoll fil-kapitali Beijing fejn ġew irrapportati għadd ta’ każi trażmessi lokalment.

Ekonomija

Sport