Sunday, October 13, 2024

Vitaly Shishov, il-kap ta’ grupp li jagħti kenn lil persuni mill-Belarus, jinstab mejjet fl-Ukrajna

Aqra wkoll

Il-kap ta’ grupp li jgħin biex ċittadini ppersegwitati jaħarbu mill-Belarus instab mejjet qrib id-dar tiegħu ġewwa l-Ukrajna. 

Vitaly Shishov instab mgħallaq fi ġnien pubbliku ġewwa l-kapitali Ukrena Kyiv, u dan ġurnata wara li naqas milli jirritorna d-dar wara li ħareġ jagħmel eżerċizzju fiżiku.

Fid-dawl ta’ dan il-pulizija fetħu investigazzjoni dwar omiċidju. Huma qalu li qed jinvestigaw jekk Shishov ġiex maqtul u dawk responsabbli pprovaw joħolqu sitwazzjoni li tati indikazzjoni li l-vittma neħħa ħajtu b’idejh.

Shishov kien responsabbli mill-għaqda magħrufa bħala d-Dar tal-Belarussi ġewwa l-Ukrajna li tgħin liċ-ċittadini tal-Belarus li ħarbu mill-pajjiż wara l-azzjonijiet vjolenti li amministrazzjoni tal-pajjiż wettqet f’dawn l-aħħar xhur. L-Ukrajna, il-Polonja u l-Litwanja huma l-iktar destinazzjonijiet popolari fost dawk li qed jaħarbu l-persekuzzjoni wara l-elezzjonijiet li kienu seħħew sena ilu ġewwa l-Belarus. 

L-għaqda li kien imexxi Shishov tipprovdi akkomodazzjoni, xogħol u anke pariri legali. 

Sport