Wednesday, April 24, 2024

Uliedna mhumiex dnub iżda mħabba u għożża

… Ir-reazzjonijiet tal-ommijiet fuq dak li qalet Phyllisienne Brincat

Aqra wkoll

Bosta huma dawk li kkundannaw il-kummenti tal-kantanta Phyllisienne Brincat. Dan hek kif, waqt programm televiżiv li kienet mistiedna għalih qalet li l-mard u d-diżabilità ġejjin mid-dnub. Fuq il-midja soċjali, bosta ommijiet li għandhom lil uliedhom bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome qasmu l-ħsieb tagħhom fejn lkoll qalu li uliedhom mhumiex dnub u li ma għandhom xejn inqas minn ħaddieħor. 

Fost dawn kien hemm Michelle Rausi, li fuq il-midja soċjali tagħha tellgħet ritratt tat-tifla tagħha Francesca tal-jum meta għamlet il-praċett. Rausi qalet li għażlet dak ir-ritratt għax t-tifla Francesca dakinhar kellha ħafna ferħ u emozzjonijiet. L-omm żiedet tgħid; “Dakinhar ħadet lil Ġesu ġewwa fiha. Id dnub għamiltu inti Phyllisienne għax weġġajt ħafna ħafna nies bi kliemek u jiddispjaċini ħafna li għad hawn nies jaħsbuha bħalek”.

Fuq il-midja soċjali, tkellmet ukoll Graziella Bartolo Pizzuto, il-mama taċ-ċkejkna Faith. Pizzuto qalet li skond dak li qalet Phyllisienne Brincat, bintha u nies b’dizabilta huma frott id-dnub. Hija qalet li tista sserraħ ras Phyllisenne għaliex Faith, li jisimha hekk għal Alla, hija frott l-imħabba u mdawwra b’ħafna imħabba u li ħlief imħabba ma titrasmettix!  

Marija Piscopo ukoll qasmet il-ħsieb tagħha dwar iċ-ċkejken Adam. Piscopo qalet li l-bibbja kulħadd jaf jaqraha u jinterpretaha kif jixtieq hu. Hija talbet lil Phyllisienne sabiex  iżomm il-mentalitá  tagħha għaliha u sabiex ma tippruvax tkun il-messija tal-Mulej. B’referenza għal binha, hija qalet; “M’huwiex perfett lanqas, imma fil-verita min hu perfett?! Jien li nista ngħid li għalkemm ibni twieled b’kundizzjoni ma ħassejtx li jiena inqas minn ħaddieħor jew li għamilt xi ħaġa ħażina u li kien ħaqqni nbati. Le. Anzi ibni għallimni ngħix u nara s-sabiħ tal-ħajja u għallimni x’inhi mħabba pura”.

1 kumment

  1. Tal misthija dan li qalet Philisiene Brincat.Din tiftahar li hi reborn Christian.Fejn huwa il kristjanezmu ta philisien.Bir rispett kollu lejn lx ragel taghha kif izzewgitu.Isthi ta dan id diskors li ghidt.

Comments are closed.

Sport