Monday, May 13, 2024

Bruno Lag imkeċċi minn Botafogo

Aqra wkoll

L-eks manager ta’ Wolves, Bruno Lage, 47 sena, tkeċċa mill-club il-ġdid tiegħu ta’ Botafogo minkejja li kien fl-ewwel post tal-kampjonat Brażiljan. Il-mannara waqgħet fuq il-Portugiż kważi sena bil-ġurnata wara li tkeċċa minn  Wolves, wara bidu ħażin tal-istaġun tal-Premier League.

Huwa kien ilu tliet xhur biss fit-tmexxija tal-club Brażiljan fejn kien iggwidahom lejn il-quċċata tal-klassifika Brażiljana tas-Serie A, b’seba’ punti vantaġġ mill-eqreb rivali tagħhom, b’25 logħba milgħuba fi staġun ta’ 38 logħba.

Madankollu, huma tilfu tlieta u ġew draw waħda mill-aħħar erba’ logħbiet u dan wassal lill-club biex juża l-mannara fuq ordni tas-sid u negozjant Amerikan, John Textor. Lage qatta’ ftit aktar minn sena f’Molineux, wara li ħa f’idejh t-tmexxija tat-team wara t-tluq ta’ Nuno Espirito Santo fl-2021.

Sport