Mauricio Pochettino qed jissemma bħala wieħed mill-kandidati ewlenin biex jieħu f’idejh it-tmexxija tat-team ta’ Manchester United f’Old Trafford.
L-Arġentin, li bħalissa jmexxi lit-team nazzjonali tal-Istati Uniti, għandu esperjenza fil-Premier League wara li mexxa lil Tottenham Hotspur u Chelsea.
Taħt it-tmexxija tiegħu, Tottenham waslu sal-finali taċ-Champions League fl-2019.
Fost il-kandidati l-oħra msemmija hemm Eddie Howe u Julian Nagelsmann. Madankollu, kwalunkwe ftehim jista’ jkun ikkumplikat minħabba li Pochettino għandu kuntratt mal-Istati Uniti sal-2030.




