Barcelona kisbu rebħa importanti ta’ 2-1 barra minn darhom kontra Atletico Madrid fil-Metropolitano, biex komplew isaħħu posthom fil-quċċata tal-klassifika tal-La Liga.
Atletico fetħu l-iskor fl-10 minuta permezz ta’ Giuliano Simeone, iżda Barcelona kisbu d-draw eżatt qabel il-mistrieħ b’goal ta’ Fermin Lopez.
Fit-tieni taqsima, Barcelona żiedu l-pressjoni u fis-66 minuta Fermin Lopez reġa’ sab ix-xibka wara assist ta’ Lamine Yamal.
Minkejja l-isforzi ta’ Atletico biex isalvaw punt fl-aħħar minuti, Barcelona żammew il-vantaġġ tagħhom sal-aħħar. B’din ir-rebħa, it-tim ta’ Hansi Flick kompla jillidja l-klassifika.





