Monday, November 9, 2026
Home Sport Bayern Munich inkwetati fuq il-kundizzjoni ta’ Jamal Musiala

Bayern Munich inkwetati fuq il-kundizzjoni ta’ Jamal Musiala

0
31

Il-president onorarju ta’ Bayern Munich, Uli Hoeness, esprima t-tħassib tiegħu dwar il-kundizzjoni medika ta’ Jamal Musiala u l-possibbiltà li l-player ma jerġax jilħaq il-livell li kien fih qabel.

Hoenss spjega li l-kundizzjoni newroloġika li jbati minnha l-internazzjonali Ġermaniż tista’ tinżamm taħt kontroll permezz tal-mediċini, iżda ma tistax titfejjaq faċilment. 

Huwa rrikonoxxa li s-sitwazzjoni qed toħloq dilemma għall-club, anke mill-aspett finanzjarju. Musiala, li għandu kuntratt sal-2030, kien qed jirkupra minn injury muskolari u dan l-aħħar irritorna għat-taħriġ mat-team. 

Hoeness qal li għadu mhux ċert jekk hux se jerġa’ jilħaq il-kapaċità sportiva preċedenti tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here