Monday, November 9, 2026
Home Sport Tennis: Bidu pożittiv għal Coco Gauff fil-WTA Finals

Tennis: Bidu pożittiv għal Coco Gauff fil-WTA Finals

0
35

Coco Gauff bdiet l-impenji tagħha fil-WTA Finals tal-2026 b’rebħa importanti fuq il-kompatrijotta Jessica Pegula fi tliet sets, bl-iskor ta’ 6-4, 6-7 (5), 6-2. 

Il-logħba damet sagħtejn u 39 minuta, b’Gauff turi karattru u determinazzjoni biex tikseb is-suċċess. Wara li rebħet l-ewwel set, Gauff tilfet it-tieni wieħed fit-tie-break, iżda fit-tielet set reġgħet ħadet il-kontroll u rebħet b’mod konvinċenti. 

Din kienet is-sitt rebħa tagħha fi 11-il konfront kontra Pegula. Gauff, rebbieħa tat-tournament fl-2024, għalhekk bdiet b’mod pożittiv l-impenji tagħha fil-fażi tal-gruppi, filwaqt li kompliet turi għaliex tinsab fost l-aqwa plejers fid-dinja.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here