Thursday, March 28, 2024

Under 21: Il-Maltin isofru telfa kbira

Aqra wkoll

Russja………..6

Malta…………0

Wara r-rebħa inkredibbli ta’ 4-1 fuq l-Irlanda ta’ Fuq f’darna, nhar il-Ġimgħa li għadda, it-team nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena din id-darba sab ostaklu ferm diffiċli meta fir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew sa­fa megħ­lub mir-Russja bl-iskor kbir ta’ 6-0 … bil-goals jaslu tlieta f’kull taqsima f’temp ta’ 12-il minuta kull darba.

Sfortunatament għalina dan il-konfront spiċċa mingħajr l-ebda stor­ja.

Ir-Russi għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor wara biss sitt minuti permezz ta’ DANIIL KLHUSEVICH minn pożizzjoni angolata.

Huma komplew fuq l- offensiva u fl-14-il minuta rduppjaw meta  Gamid Agalarov pprovda l-assist lil DANIIL KHLUSEVICH li viċin ma żbaljax wara li d-difiża Maltija naqset li tikklerja l-periklu.

Tliet minuti biss wara huma prattikament għalqu l-partita meta GAMID AGALAROV rtokka l-ballun għal ġox-xibka.

Fl-ewwel nofs siegħa tat-tieni taqsima, il-Maltin żammew għall-pressjoni tal-avversarji iżda fl-74 minuta, skorjaw ir-raba’ goal meta  s-sostitut Iosifov serva lil GAMID AGALAROV li b’xutt imdawwar minn tarf il-kaxxa għeleb lill-goalkeeper Cain Formosa, biex huwa wkoll irreġistra doppjetta.

Fit-80 minuta, ir-Russi komplew ikabbru l-iskor b’xutt qawwi ta’ KIRILL BOZHENOV minn barra l-kaxxa, biex sitt minuti wara, KIRILL  KRAVTSOV issiġilla r-rebħa għat-team ospitu b’xutt fil-baxx għar-rokna tax-xibka. 

Fid-90 mi­nuta, ir-Russi setgħu għamluhom sebgħa iżda Ruslan Litvinov ġie mċaħħad mill-wieqfa.

Russja: 23-Maksim Borisko, 2-Daniil Khlusevich (19-Nikita Iosifov 65), 5-Danila Prokhin, 22-Kirill Bozhenov, 15-Danil Ste­pa­nov, 7-Edgar Sevikyan (20- Vladislav Karapuzov 56), 18-Nail Umyarov, 6-Ruslan Litvinov, 8-Konstantin Ma­radishvili (10-­ Mikhail Ignatov 75), 21-Danil Prutsev (14-Kirill Kravtsov 56), 11- Gamid Agalarov (17- Kirill Klimov 75) – Coach: Mikhail Galationov

Malta: 1-Cain Formosa, 2-Adam Magri Overend, 18-Carlo Zammit Lonardelli, 19-Matthew Ellul, 14-Karl Mohnani, 20-Bradley Sciberras (17-Jeremy Micallef 78), 6-Marcus Grima, 7-Ayrton Attard (16-Jean Paul Attard 93), 11-Alejandro Garzia (8-Andreas Vella 93), 21-Jake Engerer, 22-Jamie Carbone (10-Jamie Sixsmith 65) – Coach: Gilbert Agius

Referee: Artyom Kuchin (Kazakhstan)

Assistenti: Denis Laba­shov, Sergey Kalachyov (Ka­zakhstan)

Raba’ Uff.: Bulat Sariyev (Kazakhstan)

Skorers: D. Klhsusveich 6, 14, G. Agalarov 17, 74, K. Bozhenov 80, K. Kravtsov 86 (R)

Ammoniti: D. Prutsev (R), C. Zammit Lonardelli (M)

Ekonomija

Sport