Wednesday, September 30, 2026
Home Sport UNL: Il-coach Emilio De Leo jrid aktar intensitá u personalitá kontra Ġibiltá

UNL: Il-coach Emilio De Leo jrid aktar intensitá u personalitá kontra Ġibiltá

0
47
Ritratt: Mark Mangion

Il-coach tat-team nazzjonali Malti Emilio De Leo u l-attakkant Irvin Cardona tkellmu mal-media lejlet il-konfront tal-UEFA Nations League kontra Ġibiltà, li se jintlagħab, il-Ħamis, fl-Istadium Nazzjonali.

De Leo qal li Malta studjat lill-avversarji tagħha bir-reqqa u jemmen li t-team irid jersaq lejn il-partita b’umiltà, b’mod partikolari wara l-prestazzjoni ta’ Ġibil­tà kontra Andorra, nhar il-Ħadd li għadda.

“Studjajna lil Ġibiltà u rridu nersqu lejn din il-logħba b’umiltà. Fl-aħħar partita tagħhom ħolqu ħafna problemi lil Andorra, għalhekk nafu x’tip ta’ sfida għandna quddiemna,” qal De Leo.

Il-coach saħaq li, filwaqt li Malta trid tillimita l-qawwiet ta’ Ġibiltà, l-attenzjoni trid tkun ukoll fuq it-titjib fil-prestazzjoni tagħha stess.

“Irridu nillimitaw il-ka­paċitajiet tagħhom, iżda fl-istess waqt irridu nħarsu lejna nfusna u nuru dak li kien nieqes fil-konfront kontra Andorra. Neħtieġu aktar intensità.”

De Leo qal li Malta trid turi personalità mill-ewwel minuta u tippreżenta l-aħjar verżjoni tagħha tul il-partita kollha.

“Irridu nuru personalità u nippreżentaw l-aħjar verżjoni ta’ Malta mill-ewwel minuta. Din hija opportunità biex inkabbru d-distakk fil-klassifika.”

Il-coach irrimarka wkoll li Ġibiltà huma team li jipprova jilgħab il-football u għandu players bi kwalita­jiet individwali tajbin.

“Ġibiltá huma team li jipprova jilgħab u għandhom talent tajjeb. Ma nistgħux naqgħu fin-nasba li nnaqqsu r-ritmu. Irridu nevitaw in-nases li se jippruvaw iwaq­qgħuna fihom.”

Għal De Leo, l-għan għalhekk huwa li Malta timponi l-approċċ tagħha stess fuq il-logħba.

“L-għan tagħna huwa li nilagħbu l-logħba tagħna u niddettaw it-tempo tal-partita.”

Meta tkellem dwar l-involviment tal-iskwadra ma­tul dan il-perjodu internazzjo­nali, De Leo enfasizza l-kontribut tal-players kollha li ġew imsejħa.

Kull membru tal-iskwadra ngħata l-opportunità jilgħab fiż-żewġ partiti li ntlagħbu s’issa.

“Il-players kollha tal-iskwadra ntużaw fiż-żewġ konfronti u kollha taw il-massimu tagħhom.

“Irridu ngħollu l-intensità, u l-atmosfera fit-taħriġ u fil-ground kienet tajba ħafna.”

Huwa żied jgħid li l-is­kwadra tifhem l-importanza tal-kontribut ta’ kull individwu.

“Il-grupp kollu jaf li jrid ikun disponibbli u jagħti l-kontribut tiegħu.

“Is-sodisfazzjon għal coach jiġi meta kulħadd isib id-direzzjoni tiegħu u jifhem x’għandu jagħmel għat-team.”

Sadanittant, Cardona ġie mistoqsi dwar l-attenzjoni tiegħu bħalissa f’Ligue 2 u jekk goal għal Malta jistax jagħtih aktar fiduċja fih innifsu.

“Bħalissa jien iffukat fuq it-team nazzjonali,” qal Cardona. “Li tiskorja jista’ jgħinek tikseb aktar fiduċja, iżda kull attakkant irid jis­korja u jikseb il-fiduċja. Madankollu, ir-rebħa hi­ja l-aktar ħaġa importanti. Aħna m’aħniex hawn għall-  personali tagħ­na.”

Malta se tinżel għal-logħba tal-Ħamis bil-għan li fuq ir-rebħa miksuba kontra Andorra,  tkompli bl-istaġun pożittiv tagħha fil-UEFA Nations League.

Il-partita se tintlagħab fid-8.45 pm u se tkun imxandra diretta fuq TVMSports+.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here