Saturday, December 21, 2024

UNL: Il-coach Michele Marcolini qed jantiċipa partita diffiċli kontra l-Moldova

Aqra wkoll

It-team nazzjonali Malti, illum  jibda l-avventura tiegħu fil-UEFA Nations League meta fi Grupp D2, jaffronta lill-Moldova, f’Chisinau. Il-grupp jinkludi wkoll lil Andorra u għaldaqstant kull team jilgħab erba’ partiti. 

Dawn se jkunu partiti importanti għat-team immexxi mill-coach, Michele Marco­lini (ritratt), li għandu pressjoni kbira biex itemm fl-ewwel post u tinkiseb il-promoz­zjoni.

Inċidentalment din se tkun ukoll il-ħa­mes logħba internazzjonali għal din is- sena bl-erba’ preċedenti jkunu kontra   s-Slovenja (2-2) u l-Belarus (0-0), ir-Repubblika Ċeka (1-7) u l-Greċja (0-2).

Għal dawn iż-żewġ partiti, Marcolini sejjaħ skwadra ta’ 26 player li tinkludi bosta wċuh ġodda fosthom id-difensur Matias Ellul ta’ Hamrun Spartans u Jake Vassallo ta’ Mosta.

Imsejħa wkoll hemm Adam Magri Ove­rand (Sliema Wanderers) u Bjorn Kristensen (Hiberniains) li qed jirritornaw wara li kienu neqsin fl-aħħar konfronti.

Neqsin mill-iskwadra hemm ukoll Enrico Pepe, Steve Borg, Juan Corbalan, Jake Grech, Matias Garcia, Dunstan Vella, Alex Satariano u Jodie Jones li għal xi raġuni jew oħra ma ġewx msejħa mill-coach Taljan.

Ta’ min isemmi wkoll li r-relazzjoni bejn Jones u Marcolini mhijiex daqstant tajba, tant, li l-player li jilgħab ma’ Notts County ma’ jridx jilgħab għal Marcolini.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet ta’ qabel il-partita tal-lum, Marcolini rrikonoxxa d-diffikultà tal-kompitu li jmiss, u ddeskriva lill-Moldova bħala l-aktar team b’saħħtu fil-grupp “fuq il-karta.” Huwa faħħar il-kampanja soda tal-Moldova ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2024, li fiha kisbu reb­ħa impressjonanti kontra l-Polonja, team li eventwalment għadda għat-tournament finali. Marcolini nnota li l-forma tal-Moldova u  fisser x’tip ta’ oppożizzjoni huma wara r-rebħa fuq il-Pollakki.

Il-coach enfasizza li l-partita tal-lum se tkun mill-aktar diffiċli minħabba li l-Moldova għandhom il-vantaġġ li se jilagħbu quddiem il-pubbliku tagħhom stess.

Huwa qed jantiċipa wirja aggressiva mill-avversarji li għandhom bosta players ta’ esperjenza hekk kif it-team se jkun skjerat madwar Artur Ionita li lagħab fl-Italja għal bosta snin. 

Barra minn hekk, għandhom bosta players li jilagħbu barra l-pajjiż liema fatt huwa ta’ benefiċċju kbir għal-logħbiet internaz­zjonali tagħhom.

Meta rrifletta fuq il-vjaġġ tiegħu stess, Marcolini qasam li mill-wasla tiegħu f’Malta, fehem li din il-kompetizzjoni dej­jem kienet se tkun il-mira ewlenija.

Għaldaqstant huwa jinsab ħerqan ħafna għal dan l-impenn u l-għan aħħari huwa li Malta tikseb il-promozzjoni għal League C.

Marcolini tkellem ukoll dwar l-isfidi li l-iskwadra tiegħu qed tiffaċċja minħabba l-injuries hekk Steve Borg u Enrico Pepe bħalissa huma barra mill-azzjoni.

Barra minn hekk, hemm tħassib dwar is-saħħa ta’ Teddy Teuma, li lagħab biss numru limitat ta’ minuti f’dan l-istaġun qabel ma weġġa’. Għaldaqstant il-parteċipazzjoni tiegħu llum hija waħda dubjuża, tant, li tħarbat xi ftit il-pjani tiegħu qabel iħabbar il-formazzjoni inizjali.

Din il-konferenza ġiet indirizzat wkoll mill-goalkeeper, Henry Bonello, li  esprima l-antiċipazzjoni tiegħu għal-logħba.

Minkejja li huwa ffaċċja lill-Moldova darba waħda biss, huwa familjari ma’ din l-isfida.

Huwa stqarr li n-nuqqas taż-żewġ difensuri, Borg u Pepe, se jkun vitali ħafna minħabba l-kwalitá li jippossjiedu.

Madankollu, jibqa’ ottimist, li s-sostituti tagħhom se jkunu effettivi biex jgħinu lit-team jilħaq l-objettiv tiegħu.

Min-naħa tagħhom, il-Moldova jinsabu fil-152 post fir-rankings tal-FIFA.

Fl-aħħar partiti ta’ kwalifikazzjoni għal Euro 2024 huma spiċċaw fir-raba’ post (minn ħamsa) fi Grupp E li kien jinkludi lill-Albanija, ir-Repubblika Ċeka, il-Polonja u l-Faroe Islands. Huma kisbu 10 punti minn tmien logħbiet wara żewġ rebħiet u erba’ draws.

Il-logħba se tintlagħab fi Stadionul Zimbru f’Chisinau, stadium li jesa’ madwar 10, 400 spettatur. Il-logħba tibda fis-6.00 pm u tixxandar b’mod dirett fuq TVMSport+.

Ekonomija

Sport