Monday, December 9, 2024

UNL: Illum jittellgħu l-poloz tal-k/finali u tal-play-offs

Aqra wkoll

Illum, f’12.00 pm, fil-kwartieri ġenerali tal-UEFA, f’Nyon, l-Isivizzera, se jittel­lgħu l-play-offs tal-kwarti-finali kif ukoll il-play-offs tal-promotion/relegation fejn Malta tkun taf l-avversarji tagħha fil-play-offs ta’ League C/D

Il-poloz, li se jikkonsistu f’erba’ taqsi­miet, se jittellgħu f’din l-ordni:

League C/D play-offs

L-ewwel polza se tiddetermina l-play-offs ta’ League C/D. Iż-żewġ timijiet l-aħjar klassifikati fir-raba’ post minn League C se jkunu seeded u jitpoġġew f’Pot 1. 

Imbagħad jittellgħu kontra wieħed miż-żewġ runners-up minn League D, li jkunu f’Pot 2. 

It-timijiet minn Pot 2 jittellgħu l-ewwel u jitqiegħdu fl-ewwel pożizzjonijiet disponibbli. Ladarba ż-żewġ timijiet mhux seeded ikunu ttellgħu, iż-żewġ timijiet f’Pot 1 itemmu l-pari tal-play-off. It-timijiet ta’ Pot 1 se jilagħbu f’darhom fit-tieni legs.

It-timijiet fil-polza huma: 

– League C (it-tielet post): Lussemburgu u Latvja. 

– League D (it-tieni post): Ġibiltá u Malta.

League b/c play-offs

It-tieni polza tiddetermina l-play-offs ta’ League B/C. L-erba’ timijiet li spiċċaw fit-tielet post minn League B huma seeded u jiffurmaw Pot 1, bl-erba’ runners-up minn League C jkunu f’Pot 2. 

It-timijiet minn Pot 2 jittellgħu l-ew­wel, bit-timijiet seeded f’Pot 1 jittellgħu wara,  li se jilagħbu f’darhom fit-tieni legs.

Skond id-deċiżjoni rilevanti tal-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA, il-Kosovo ingħataw telfa ta’ 3-0 kontra r-Rumanija biex temmew fit-tieni post wara li l-Kosovani telqu ‘l barra fl-imsemmija partita. 

It-timijiet fil-polza huma: 

– League B (it-tielet post): Georgia, Irlanda, Slovenja u Islanda. 

– League C (it-tieni post):  Slovakkja, Kosovo, Bulgarija u Armenja.

League A/B play-offs

It-tielet polza tiddetermina l-play-offs minn League A/B. 

L-erba’ timijiet li spiċċaw fit-tielet post f’League A huma seeded u jiffurmaw Pot 1, bl-erba’ runners-up minn League B ikunu f’Pot 2. 

It-timijiet minn Pot 2 jittellgħu l-ew­wel, bit-timijiet seeded f’Pot 1 imbagħad jittel­lgħu biex jgħaqqdu l-kwadru kollu. It-ti­mijiet ta’ Pot 1 se jilagħbu f’darhom fit-tieni legs.

It-timijiet fil-polza huma: 

– League A (fit-tielet post): Skozja, Belġju, Ungerija u Serbja.  

– League B (fit-tieni post):  Ukrajna, Greċja, Awstrija u Turkija.

KWARTI-FINALI

Ir-raba’ u l-aħħar polza tiddetermina l-kompożizzjoni tal-fażi tan-knockout ta’ League A, jiġifieri, il-kwarti-finali. 

L-erba’ rebbieħa tal-grupp jitpoġġew f’Pot 1. L-erba’ runners up jiffurmaw Pot 2 u jittellgħu l-ewwel. 

It-timijiet f’Pot 1 jittellgħu sussegwentement, bir-restrizzjoni li r-rebbieħa tal-grupp ma jistgħux jittellgħu kontra r-runner-up li diġà ffaċċjaw matul il-fażi tal-kampjonat. 

Imbagħad, għall-poloz tas-semi-finali, jitħejja pot ieħor, li jkun fih erba’ timijiet li jirrappreżentaw ir-rebbieħa tal-kwarti-finali. 

Kull post li jittella’ l-ewwel se jkun it-team home tal-ewwel semi-finali. It-tieni team imtella’ se jkun it-team home tas-semi-finali l-oħra. 

It-team li jittella’ t-tielet se jkun it-team away tal-ewwel polza, u l-aħħar team li jittella’ jkun it-tieni wieħed away.

It-timijiet fil-polza huma: 

– Rebbieħa: Portugall, Franza, Ġermanja u Spanja.

– Runners-up: Kroazja, Italja, Olanda u Danimarka.  

Il-kwarti-finali u l-play-offs ta’ Leagues A/B u B/C se jintlagħbu fuq żewġ legs fl-20 u fit-23 ta’ Marzu, 2025.

Il-play-offs ta’ League C/D li fihom hemm involuta Malta, se jintlagħbu fuq żewġ legs fis-26 u fil-31 ta’ Marzu, 2025. 

Is-semi-finali ta’ League A, jintlagħbu fl-4 u fil-5 ta’ Ġunju, 2024. 

Il-partita għat-tielet post u l-finali jintlagħbu fit-8 ta’ Ġunju, 2025.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport