Friday, March 21, 2025

UNL: Kollox għadu miftuħ bejn l-Olanda u Spanja

Aqra wkoll

Meta l-Ħamis intlagħab l-ewwel leg tal-kwarti-finali tal-UEFA Nations League, l-Olanda u Spanja spiċċaw fi draw ta’ 2-2. 

Din il-partita għandha interess partikolari għalina l-Maltin minħabba li t-tellief (fuq aggregate) jingħaqad magħna fi Grupp G fir-round ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2026. 

Nico Williams (9) u Mikel Merino (93) skorjaw għal Spanja filwaqt li Cody Gakpo (28) u Tijani Reijnders (46)  wieġbu għall-Olanda li kellhom lil Jaro Hato (82) imkeċċi.  

Kroazja v Franza – Il-Kroazja ssorprendew lill-Franza bl-iskor ta’ 2-0 fejn l-iskor seta’ kien akbar. 

Wara li fit-tmien minuta Andrej Kramaric falla penalty, il-Kroati skorjaw  żewġ goals permezz ta’ Ante Budimir (26) u Ivan Perisic (45).

Italja v Ġermanja – Il-Ġermanja dawru telfa f’rebħa bl-iskor ta’ 2-1 fuq l-Italja, bl-iskorers ikunu Tim Kleindienst (49) u Leon Goretzka (77) wara li Sandro Tonali (9) fetaħ l-iskor għat-Taljani. 

Danimarka v Portugall – Id-Danimarka għelbu lill-Portugall 1-0, bil-goal uniku jasal minn Rasmus Hojlund (78). 

ĠAPPUN – Il-Ġappun saru l-ewwel team li kkwalifika għat-Tazza tad-Dinja 2026 meta għelbu lil Bahrain 2-0, b’goals minn Daichi Kamada u Takefusa Kubo biex din hija t-tmien darba nfila li se jilagħbu fil-fażi finali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport