Saturday, December 21, 2024

UNL: L-Ingilterra jirbħu fl-Irlanda

Aqra wkoll

Fit-tielet ġurnata tal-UEFA Nations League, l-Ingilterra bdew fuq nota tajba meta barra minn darhom għelbu lill-Irlanda bl-iskor ta’ 2-0.

It-Three Lions kienu taħt it-tmexxija tal-coach temporanju, Lee Carsley, wara r-riżenja ta’ Gareth Southgate.

L-Ingliżi fetħu l-iskor fit-12-il minuta meta Trent Alexander-Arnold żmarka għal kollox lil Anthony Gordon bi cross fit-tul iżda ġie mblukkat peró rkupra l-ballun u xeħet lejn Harry Kane li mill-viċin ġie antiċipat bil-ballun jasal għand Declan Rice li tefa’ l-ballun fis-saqaf tax-xibka.

Fl-20 minuta, il-goalkeeper Irlandiż, Caoimhin Kelleher, wettaq save kbir fuq Kane li seta’ għamel aħjar.

Madankollu, fil-31 minuta, l-Ingliżi rduppjaw meta f’azzjoni li kien fiha xejn inqas minn sitt players, li ħallew lid-difiża avversarja statika għall-aħħar, il-ballun spiċċa għand Jack Grealish li mmira għar-rokna tax-xibka.

Fit-tieni taqsima, l-Irlandiżi ppruvaw jagħmlu reazzjoni u, fit-58 minuta, huma resqu ferm viċin li jnaqqsu l-marġni tal-iskor meta Chiedozie Ogbene żmarka lil  Sammie Szmodics li minn pożizzjoni angolata għeleb lill-goalkeeper, Jordan Pickford, iżda l-ballun għadda jħakkek mal-wieqfa.

L-Irlandiżi  bdew iżidu l-isforzi tagħhom iżda bdew jaslu biss ta’ tliet kwarti ta’ ground minħabba li bdew jiġu annullati mid-difiża Ingliża.

Fil-ħin mijud, il-goalkeeper Kelleher kien providenzjali meta evita żewġ goals b’saves fuq Jarrod Bowen u Bukayo Saka.

Ekonomija

Sport