It-team nazzjonali tan-Nisa, immexxi mill-coach Taljana, Manuela Tesse, jinsab ferm viċin li jikteb l-istorja fil-UEFA Nations League meta llum jilgħab barra minn xtutna kontra l-Moldova, f’Zimbru Stadium, fil-belt ta’ Chisinau.
Bħalissa l-Maltin huma leaders assoluti ta’ Grupp C1 ta’ League C, b’punti massimi … fejn punt ikun biżżejjed biex niksbu l-promozzjoni għal League B.
Il-Maltin diġá lagħbu kontra l-Moldova, f’Settembru li għadda, meta fis-Centenary Stadium ħriġna rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0 permezz ta’ doppjetta ta’ Haley Bugeja.
Bla dubju, anke li nibdew bħala favoriti li nirbħu din il-logħba, irridu nuru rispett lejn l-avversarji tagħna … biex, nhar it-Tlieta li ġej, 5 ta’ Diċembru, fis-Centenary Stadium, nilagħbu l-aħħar partita tal-grupp kontra l-Latvja … u nkunu nistgħu niċċelebraw din il-promozzjoni.
Il-partita tibda fit-3.00 pm
L-iskwadra msejħa minn Tesse hija:
Goalkeepers: Janice Xuereb (Birkirkara). Raisa Costantino (Tharros – Italja).
Difensuri: Emma Lipman (Como – Italja); Charlene Zammit, Stephania Farrugia, Valentina Rapa, Ann Marie Said (Birkirkara); Jessica Lee Dimech, Tammy Falzon, Jade Schembri Emma Xuereb (Swieqi U.).
Midfielders: Rachel Cuschieri (Sampdoria – Italja); Dorianne Theuma, Shona Zammit (Swieqi U.), Brenda Borg (Mgarr U.), Nicole Sciberras (Hibernians); Veronique Mifsud (Birkirkara).
Attakkanti: Maria Farrugia (Lewes FC, Ingilterra); Kailey Willis (Meran Women – Italja); Haley Bugeja (Inter – Italja); Ylenia Carabott (London Seaward FC – Ingilterra; Alishia Sultana (Birkirkara), Maya Lucia (Split – Kroazja)