Thursday, September 17, 2026
Home Sport US Open: Alcaraz u Williams jlagħbu fil-mixed doubles … u jikkwalifikaw

US Open: Alcaraz u Williams jlagħbu fil-mixed doubles … u jikkwalifikaw

0
225

Carlos Alcaraz irritorna għall-kompetizzjoni fl-US Open wara assenza minn April minħabba injury fil-polz, u lagħab mixed doubles flimkien ma’ Serena Williams. 

Ir-ritorn ta’ Williams fi New York ġibed interess kbir, hekk kif kienet qed tikkompeti għall-ewwel darba mill-2022. 

Minkejja l-kritika dwar il-format il-ġdid tal-mixed doubles, madwar 15,000 spettatur attendew fl-Arthur Ashe Stadium u ħolqu atmosfera mill-aqwa. 

Alcaraz u Williams bdew tajjeb u rebħu kontra Lloyd Glasspool u Erin Routliffe 5-3 4-1, filwaqt li gawdew ħafna mill-esperjenza u xprunaw lil xulxin matul il-logħba. 

Williams uriet li, anke wara snin barra mit-tennis, għadha b’xewqa qawwija biex tikkompeti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here