Sunday, September 6, 2026
Home Sport US Open: Fenomenu kif l-aqwa seeds qed jiġu eliminati

US Open: Fenomenu kif l-aqwa seeds qed jiġu eliminati

0
41

L-akbar sorpriża tal-US Open din is-sena waslet mill-ewwel jum, meta r-raba’ seed Novak Djokovic tilef kontra l-Arġentin Mariano Navone. 

Djokovic kien qed jimmira għal rekord ta’ 25 titlu Grand Slam, iżda spiċċa f’dmugħ wara telfa f’ħames sets. 

Fl-ewwel round ġie eliminat ukoll Arthur Fils, l-10 seed, minn Stefanos Tsitsipas tal-Greċja. 

L-ogħla seed eliminat s’issa kien Felix Auger-Aliassime, it-tielet seed, li tilef kontra Karen Khachanov fit-tieni rawnd. 

Fl-istess stadju ġie eliminat ukoll Alex de Minaur, is-sitt seed. 

Dawn ir-riżultati dehru li fetħu opportunità għal Taylor Fritz u Flavio Cobolli biex jaslu aktar ‘il quddiem  fit-tournament, iżda t-tnejn naqsu milli jieħdu vantaġġ minnha. 

Fritz, finalist fl-2024, kellu ċans speċjali quddiem il-partitarji Amerikani. Minkejja dan, il-ħolma ta’ rebbieħ Amerikan ġdid għadha ħajja.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here