Wednesday, April 17, 2024

Valletta Cup 2023 – Sponsorjata mill-viċi-Sindku tal-Belt Valletta Ray Azzopardi

Aqra wkoll

Is-Sibt 25 ta’ Marzu 2023, saret it-tielet edizzjoni tal-Valletta Cup table football turnament, sponsorjata mill-viċi Sindku tal-belt Valletta, Ray Azzopardi.  Dan it-turnament sar wara nuqqas ta’ tliet snin. 

Kien hemm attendenza sabiħa għal dan it-turnament, fejn il-partecipanti kollha ingħataw midalja bħala tifkira tal-okkażjoni.  Ir-rebbieħ ta’ dan it-turnament kien Samuel Bartolo, plejer ta’ Valletta Subbuteo Club.  Bartolo rebaħ il-finali kontra l-plejer tal-istess tim tiegħu Mark Gauci bl-iskor ta’ 2-1.

Is-semi-finalisti kienu Jurgen Balzan tat-tim Belġjan ST Stembert u Jean Tabone tat-tim Taljan Barcellona CT.  Melvin Barun tat-tim Valletta Lions TFC kien ir-rebbieħ tal-premju tal-konsolazzjoni, filwaqt li Claude Cuschieri kien il-finalist.

Ray Azzopardi awgura lir-rebbieħa u ringrazzja lill-parteċipanti kollha filwaqt li qal li jħares b’ottimiżmu għall-edizzjoni li jmiss. 

Ekonomija

Sport