Saturday, November 23, 2024

Valletta jegħlbu lil Sirens b’goal f’kull taqsima

Aqra wkoll

Valletta………………2

Sirens………………..0

Wara l-istaġun ferm dizappuntanti tal-istaġun li għadda, Valletta bdew l-sitaġun fuq nota pożittiva meta għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals għalihom jaslu wieħed f’kull taqisma.

Kien biss man-nofsiegħa logħob li ġiet reġistrata l-ewwel azzjoni denja ta’ nota fil-partita permezz ta’ xutt ta’ Nicholas Pulis, li kien qed jilgħab proprju kontra l-ex team tiegħu li sab lill-goalkeeper debuttant Belti Jake Galea attent li dawwar tajjeb f’corner wara li ntefa’ minn tulu fl-art.

It-tim minn San Pawl il-Baħar kompla fuq l-offensiva u seba’ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima konklużjoni ta’ Donsu spiċċat barra.

Fl-44 minuta Valletta fetħu l-iskor meta minn kontrattakk veloċi ta’ Shaun Dimech, l-istess player għadda tajjeb lejn FEDERICO FALCONE li tefa’ l-ballun fix-xibka.

Sekondi biss mill-ftuħ tat-tieni taqsima u d-difensur ta’ Valletta Enzo Ruiz kellu l-konklużjoni tiegħu li spiċċat barra. Dan kien il-preludju tat-tieni goal għaliex fit-58 minuta, Valletta, kellhom attakk ieħor fejn ix-xutt ta’ Victor Luiz ħabat ma’ Mukhtar Moro ta’ Sirens, qarraq bil-goalkeeper Andrea Cassar u l-ballun intemm fix-xibka. 

Ir-reazzjoni ta’ Sirens waslet mas-siegħa logħob b’xutt ta’ Asare li Galea salva bla wisq diffikultá.

Lejn it-tmiem tal-partita, eżattament fis-86 minuta, Valletta, kienu mill-ġdid perikolużi fejn minn azzjoni ta’ corner, rovexxjata ta’ Federico Falcone ħarġet l-aħjar ta’ Cassar li salva bi bravura.

Fl-aħħar azzjoni tal-partita, tliet minuti wara, Valletta, mill-ġdid fuq l-offensiva meta x-xutt ta’ Santiago Ferraris għadda ftit barra.

Valletta: 1-Jake Galea, 6-Enzo Ruiz (14-Christian Gauci 87), 8-Fernando Omar Barrientos, 9-Adrian Santiago Ferraris, 10-Shaun Dimech (80-Alfred Silas 71), 11-Luka Sunsnjara (93-Diego Cardoso 79), 20-Federico Falcone, 24-Rowen Muscat, 30-Victor Luis Prestes Filho, 44-Jose Dario Federico Vega (22-Brandon Paiber 80), 66-Neil Anthony Micallef Coach: Thane Micallef

Sirens: 1-Andrea Cassar, 3-Tiago Almeida Bettim, 8-Nicholas Pulis, 9-Jonathan Perea Hinestroza (77-Jean Borg 81), 11-Daniel Opoku, 17-Charles Agyemang (5-Prosper Owusu 48), 18-Mohammed Akadom (10-Frank Boateng 48), 22-Alexander Cini, 23-Bismark Asare (31-Degran Jackson 71), 29-Kwasi Donsu, 32-Mukhtar Moro (26-Sacha Borg 62) Coach: Steve D’Amato

Referee: Alex Johnson

Ass. Referees: Jurgen Spiteri, Mitchell Scerri

Raba’ Uffiċjal: Ezekiel Barbara

Skorers: F. Falcone 44, M. Moro og 58 (V)

Ammoniti: C. Agyemang, P. Owusu (S)

Player tal-Logħba: Shaun Dimech (V)

Sport