Saturday, November 23, 2024

Valletta St Paul’s jirbħu n-Knock-Out tal-MAFA

Aqra wkoll

Valletta St Paul’s rebħu l-kompetizzjoni tan-Knock-Out tal-MAFA meta fil-finali għelbu lil San Ġiljan Saints bl-iskor ta’ 3-1.

Il-Beltin amministraw tajjeb il-partita u żammew ħafna mill-pussess bl-avversarji Ġiljaniżi li ftit setgħu jinfdu d-difiża soda avversarja.

Valletta marru minn fuq wara 24 minuta permezz ta’ Ivan Martinez li sab il-ballun ma’ saqajh u b’xutt għar-rokna għeleb lil Stian Nielsen.

Il-Ġiljaniżi bħal donnhom inħasdu u dlonk sofrew it-tieni gowl u din id-darba kien Nikolay Filipov li b’xutt mal-ewwel xeħet il-ballun fix-xibka.

Fit-tieni taqsima, Valletta St Paul’s skorjaw it-tielet gowl u reġa’ kien Ivan Martinez li skorja b’xutt minn barra l-kaxxa li reġa’ ħasad lil Nielsen.

San Ġiljan naqqsu l-marġni tal-iskor ħames minuti minn tmiem il-logħba minn Radu Vlase li minn quddiem il-lasta fajjar xutt bomba b’Camilleri li ma seta’ jagħmel xejn.

San Ġiljan Saints ippruvaw iżidu l-attakki tagħhom u lejn l-aħħar kellhom gowl imħassar fuq pożizzjoni irregolari.

Fi tmiem il-konfront, il-viċi-president tal-MFA Adrian Casha ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Valletta St Paul’s Jianiro Camilleri.

Sport