Monday, December 23, 2024

Varjant ġdid tal-virus fost persuni li waslu fil-Ġappun mill-Brażil

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa ġewwa Tokyo fil-Ġappun qalu li sabu varjant ġdid tal-Covid-19 fost persuni li kienu ġejjin mill-Brażil. Din il-mutazzjoni, li hija differenti minn dawk li kienu nstabu fir-Renju Unit u l-Afrika t’Isfel, hija prova oħra li dan il-virus qiegħed jevolvi. 

Din l-aħbar ħarġet fi żmien meta għadd ta’ gvernaturi reġjonali fiċ-ċentru tal-Ġappun qegħdin jitolbu lill-gvern biex jiddikara stat ta’ emerġenza hekk kif in-numru ta’ infezzjonijiet qegħdin kulma jmur jiżdiedu. 

Fil-Ġappun kien hemm seba’ persuni li kienu infettati bil-varjant tar-Renju Unit filwaqt li issa hemm erba’ persuni li jinsabu infettati b’varjant ġdid. Dawn ġew mill- istat ta’ Amazonas ġewwa l- Brażil. Dwar dan il-Ministru tas-Saħħa tal-Ġappun qal li s’issa ma hemm l-ebda evidenza li turi li dan il-varjant jinfirex iktar malajr. 

Il-Ġappun s’issa kellu total ta’ 282,737 każ ta’ Covid-19 u 3,805 imwiet. 

Ekonomija

Sport