Monday, October 14, 2024

Velvet Gio u Formi jirbħu s-semifinali Premier

Tiġrijiet taż-Żwiemel

Aqra wkoll

Minn Kenneth Vella

Velvet Gio u Formi rebħu t-tiġrijiet ewlenin li saru l-Ħadd fil-korsa tal-Marsa. Dawn kienu semifinali mill-EquestriMalta Tazza tal-President għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dawn għamlu parti mill-35 laqgħa tal-istaġun fuq tmien tiġrijiet kollha tat-trott.

Miż-żewġ semifinali tal-aqwa klassi, tnax -il żiemel għamluha għall-finali. Fl-ewwel waħda, Velvet Gio (Rodney Gatt) mar quddiem 300m mil-linja finali. Dan iż-żiemel baqa’ sejjer biex akkwista t-tieni rebħa konsekuttiva b’żewġ tulijiet minn Akela Play (Charles Degiorgio) u Charming Soldier (Paul Galea). Diablo D’Herfraie (Michael Ellul), Douglas Du Pont (Ludvic Ghigo) u Whothehillareyou (Tony Demanuele) kollha għaddew għall-aħħar stadju ta’ dan il-kampjonat. Għal Rodney Gatt din kienet it-tielet rebħa tal-ġurnata.

Formi (Joe Schembri) kien il-ħin kollu quddiem matul id-distanza tat-tieni semifinali Premier. Dan irnexxilu jieħu t-tieni rebħa tas-sena u f’Malta wara li fl-aħħar metri kkontrolla l-assalt ta’ Disco D’Occagnes (Redent Magro). Frappe Fort (Marius Mizzi), Farfars Dream (Ludvic Ghigo), Ellington Dream (Cherise Farrugia) u Caid Saly (Anthony Scicluna) daħlu warajhom f’dik l-ordni.

Saret ukoll heat mill-EquestriMalta Mini Tazza Tal-President għall-ponijiet fuq distanza ta’ 250m. Din intrebħet minn My Glesca ta’ Owen Hili.

Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Goldwyn Du Bocage (P. Galea) Ħin – 2.50.9” (1.19.9”) 2. Illassa (M. Cauchi) 3. Kalina Castelle (Ch. Gauci) 4. Imperatricedarche (Ch. Camilleri)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Miracle of Heaven (R. Gatt) Ħin – 2.44.7” (1.17”) 2. Fox Trot Maybe (M. Debono) 3. Erromanga (Cherise Farrugia) 4. Boss Crowns (P. Galea)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Caline De Mai Capo (R. Gatt) Ħin – 2.42.3” (1.15.8”) 2. Halex Dark (C. Vassallo) 3. Goelo Du Pilet (Ch. Vassallo) 4. Ikarus Fligny (P. Galea)

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Vangiskan Scott (L. Zammit) Ħin – 2.41” (1.15.2”) 2. Grisbi Du Vivier (J. Gafa’) 3. Exo Des Louanges (C. Vassallo) 4. Emelie E (D. Baldacchino)

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Forsica Du Rocher (F. Mallia) Ħin – 2.40.7” (1.15.1”) 2. Deep Pockets (L. Frendo) 3. Cristal Jihaime (Ch. Gauci) 4. Black In Black (R. Cassar)

VI Tiġrija. Semifinali EquestriMalta. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Velvet Gio (R. Gatt) Ħin – 2.37.1” (1.13.4”) 2. Akela Play (Ch. Degiorgio) 3. Charming Soldier (P. Galea) 4. Diablo D’Herfraie (M. Ellul) 5. Douglas Du Pont (L. Ghigo) 6. Whothehillareyou (T. Demanuele)

VII Tiġrija. Semifinali EquestriMalta. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Formi (J. Schembri) Ħin – 2.38.4” (1.14”) 2. Disco D’Occagnes (R. Magro) 3. Frappe Fort (M. Mizzi) 4. Farfars Dream (L. Ghigo) 5. Ellington Dream (Cherise Farrugia) 6. Caid Sly (A. Scicluna)

VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Haquitin (P. Galea) Ħin – 2.42.5” (1.16”) 2. Golden Majyc (D. Casha) 3. Cobbys Celeb (K. Azzopardi) 4. Diamant Nonantais (N. Baldacchino)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport