Tuesday, March 11, 2025

Veterani: Gżira United jibqgħu fl-ewwel post wara rebħa diffiċli

Aqra wkoll

Gżira United baqgħu fl-ewwel post tal-klaasifika tal-VMFA Cisk Premier League wara li għelbu lil Birkirkara St Helen’s 5-2. Fl-istess waqt, ir-rivali tagħhom Floriana wkoll baqgħu jsegwuhom hekk kif ixxalaw kontra MFPA.

Gżira United – Birkirkara St Helen’s 5-2

Gżira United ma sabuhiex faċli sabiex għelbu l-isfida denja ta’ Birkirkara St Helen’s li rebħulhom 5-2.

Minkejja li l-Maroons marru minn fuq, il-Karkariżi wettqu reazzjoni u f’ħin minnhom kienu 2-1 minn fuq, Minkejja kollokx, il-Gżirjani kienu determinati li jieħdu t-tliet punti u dawru l-iskor favurihom.

Ian Zammit kien strumentali għal Gżira hekk kif skorja doppjetta filwaqt li Sebastian Nayar, Kevin Sammut u Daniel Mariano Bueno żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Ayrton Buhagiar u Federico Marine kienu l-awturi tal-gowls għal Birkirkara.

Floriana – MFPA 10-2

Floriana ħasdu liċ-champions MFPA tant li rebħulhom 10-2. Kienet partita ddominata mill-Greens li riedu jkomplu jsegwu lil-leaders Gżira u għalhekk kien jeħtieġ li jirbħu din il-logħba.

Christian Cassar kien ta’ ispirazzjoni għar-rebbieħa meta skorja ħames gowls filwaqt li Manolito Micallef kien awtur ta’ doppjetta. Gilbert Scerri, Emerson Amaira u Trevor Cilia aċċertaw ruħhom mit-tliet punti għal Floriana.

Mark Barbara u Stephen Wellman skorjaw il-gowls ta’ konsolazzjoni għal MFPA.

Rabat Veterans – Zurrieq Wolves 8-1

Rabat Veterans kisbu rebħa kbira ta’ 8-1 kontra Zurrieq Wolves sabiex kisbu s-sitt rebħa staġjonali.

Andre Scicluna spikka għar-Rabtin meta sab ix-xibka erba’ darbiet b’Adam Smeir li skorja tliet gowls. Ibrahim Tarek issiġġilla r-rebħa għat-tim rebbieħ.

L-uniku gowl ta’ Zurrieq ġie skorjat minn Christian Bezzina.

KLASSIFIKA – VMFA Cisk Premier League

Gżira United Veterans 37, Floriana 36, Birkirkara St Helen’s 24, MFPA 26, Rabat 20, Żurrieq Wolves 12, Hibernians 6, Żejtun Red Stars 0.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport