Hibernians Veterans telgħu fit-tieni post tal-klassifika tal-VMFA Cisk Premier League wara li għelbu lil Rabat Veterans 6-4 f’logħba ferm missielta.
Il-Pawlisti kienu determinati sabiex jieħdu t-tliet punti bir-Rabtin li dejjem kienu fil-logħba għalkemm fl-aħħar mill-aħħar ħarġu b’idejhom vojta minn din il-logħba.
Leandros Calleja, Ilia Nazarov, Mauro Brincat, Roderick Farrugia, Thomas Caruana u awtogowl skorjaw għal Hibernians filwaqt li Rabat kellhom lil Ibrahim Tarek awtur ta’ tliet gowls bi Chris Muscat li wkoll niżżel ismu fost l-iskorers.
Iċ-champions MFPA ġejjin f’tagħhom tant li għelbu lil Luxol St Andrew’s 10-1 sabiex irritornaw għar-rebħ.
MFPA kellhom lil Aleksandar Marinkovic li skorja hat-trick b’Roderick Bajada u Gareth Sciberras li skorjaw doppjetta kull wieħed. Thomas Paris, Carlo Mamo u Jonathan Bondin żiedu aktar gowls għalihom.
Mano Micallef skorja l-gowl ta’ konsolazzjoni għal Luxol.
KLASSIFIKA – VMFA CISK PREMIER LEAGUE
Gżira United, Birkirkara St Helen’s 13, Hibernians 12, Rabat Veterans 10, MFPA 8, Luxol 7, Żejtun Red Stars 6, Żurrieq Wolves 0