L-attakkant internazzjonali Niġerjan Victor Osimhen ma jrid bl-ebda mod jingħaqad ma’ xi tim fl-Arabja Sawdija hekk kif irid biss imur maċ-champions Franċiżi Paris St Germain. Hu qed jistenna aktar żviluppi mill-aġent tiegħu sabiex eventwalment ix-xewqa tiegħu ssir realta’.
Osimhen għandu 25 sena u ġej minn perjodu pożittiv ma’ Napoli fejn saħansitra rebaħ il-kampjonat Taljan tas-serie A. Fil-passat kien diġa’ jilgħab fi Franza ma’ Lille u għalhekk għandu idea tajba ta’ x’joffri dan il-kampjonat.