Monday, April 21, 2025

Viktor Gyokeres jonqos milli jagħti ħjiel fuq il-futur tiegħu

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Svediż Viktor Gyokeres ma ta l-ebda ħjiel f’intervista li kellu ma’ gazzetta f’pajjiżu dwar il-futur tiegħu hekk kif intensifikaw l-isforzi ta’ Arsenal u Manchester United għall-firma tiegħu.

Gyokeres hu wieħed mill-iktar attakkanti li qed jiġi segwit wara li skorja 47 gowl f’46 partita matul dan l-istaġun 2024-25.

Kemm Arsenal kif ukoll Manchester United qed jimmiraw li jiffirmaw attakkant ġdid dan is-sajf. Il-Gunners ilhom jistrieħu fuq il-midfielder Mikel Merino biex imexxi l-linja fin-nuqqas ta’ Kai Havertz u Gabriel Jesus, filwaqt li Rasmus Hojlund u Joshua Zirkzee ma ħallewx l-impatt mixtieq f’Old Trafford.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport