Friday, October 23, 2026
Home Sport Vincent Kompany jittieħed l-isptar wara li ħassu ħażin waqt sessjoni ta’ taħriġ

Vincent Kompany jittieħed l-isptar wara li ħassu ħażin waqt sessjoni ta’ taħriġ

0
56
Soccer Football - UEFA Champions League - Bayern Munich v Arsenal - Allianz Arena, Munich, Germany - October 21, 2026 Bayern Munich coach Vincent Kompany reacts REUTERS/Angelika Warmuth

Il-coach ta’ Bayern Munich, Vincent Kompany, iddaħħal l-isptar wara li waqa’ waqt li kien qed isegwi sessjoni ta’ taħriġ tat-team.

Il-coach Belġjan ta’ 40 sena kien ilu madwar ġimgħa jbati minn virus, tant li tilef il-konferenza stampa ta’ qabel il-logħba kontra Arsenal fiċ-Champions League. Madankollu, huwa kien fuq il-bank waqt il-konfront tal-Erbgħa.

Bayern ikkonfermaw li Kompany jinsab f’kundizzjoni stabbli u qed isirulu eżamijiet mediċi fl-isptar.

Id-direttur sportiv, Max Eberl, qal li s-saħħa tal-coach hija l-prijorità assoluta tal-club, filwaqt li l-istaff tekniku tiegħu se jieħu f’idejh it-taħriġ u l-impenji tat-team sakemm jingħata avviż ieħor.

Bayern imisshom jilagħbu kontra Freiburg nhar il-Ħadd.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here