Friday, October 23, 2026
Home Sport Liverpool v Brighton fil-periklu li tiġi posposta minħabba l-maltemp

Liverpool v Brighton fil-periklu li tiġi posposta minħabba l-maltemp

0
54

Il-partita tal-Premier League Ingliż bejn Liverpool u Brighton, skedata għal nhar il-Ħadd li ġej, f’Anfield, tinsab f’riskju li tiġi posposta minħabba l-maltemp, li mistenni olqot partijiet mit-tramuntana tal-Ingilterra u l-Iskozja.

L-Uffiċċju Meteoroloġiku Brittaniku ħareġ twissija  dwar irjieħ qawwija li jistgħu joħolqu periklu għall-ħajja, b’buffuri li jilħqu s-70 mil fis-siegħa u saħansitra t-80 mil fis-siegħa f’żoni kostali.

Id-deċiżjoni dwar il-logħba se tittieħed wara konsultazzjoni mal-grupp lokali responsabbli mis-sigurtà, b’attenzjoni partikolari għall-partitarji li se jivvjaġġaw.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here