Vincenzo Montella tkeċċa minn coach tat-tim nazzjonali Tork wara r-riżultati diżappuntanti fit-Tazza tad-Dinja u fil-UEFA Nations League.
Il-coach Taljan ta’ 52 sena, li kellu sentejn oħra fil-kuntratt, mistenni jirċievi kumpens ta’ madwar €1 miljun.
Montella ngħata r-responsabbiltá fl-2023 u wassal lit-Turkija sal-kwarti-finali tal-Euro 2024, qabel mexxihom għall-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja għall-ewwel darba f’24 sena.Madankollu, it-Torok ġew eliminati fil-fażi tal-gruppi.
Taħt Montella, it-Turkija telgħu mill-42 post għat-22 post fir-rankings tal-FIFA.
F’40 partita, huwa kiseb 21 rebħa u sofra 14-il telfa.
Arda Turan qed jissemma bħala possibbli suċċessur tiegħu.




