Thursday, October 8, 2026
Home Sport Vincenzo Montella viċin li jitkeċċa minn coach tat-Turkija

Vincenzo Montella viċin li jitkeċċa minn coach tat-Turkija

0
43

Il-coach nazzjonli tat-Turkija, Vincenzo Montella, jinsab viċin li jitkeċċa mill-kariga tiegħu wara 

Skont rapporti fil-midja Torka, il-Federazzjoni ddeċidiet li ttemm ir-relazzjoni mal-coach Taljan wara erba’ telfiet konsekuttivi kontra l-Italja (3-1 u 4-1), Franza (1-0) u l-Belġju (3-0). 

Montella se jirċievi kumpens ta’ €915,000, ekwivalenti għal ħames xhur salarju. 

Huwa mexxa lit-Turkija f’40 partita, b’21 rebħa, ħames draws u 14-il telfa. 

L-aktar kisbiet importanti tiegħu kienu l-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja u l-kwarti-finali tal-Euro 2024. 

Arda Turan, li bħalissa huwa l-coach ta’ Shakhtar Donetsk, huwa favorit biex jieħu postu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here