Wednesday, October 9, 2024

Virus ġdid fl-Irwanda magħruf bħala Marburg joqtol sitt persuni

Aqra wkoll

Fl-Irwanda madwar sitt persuni mietu kawża ta’ virus magħruf bħala Marburg. Ħabbar dan il-Ministru tas-Saħħa. Sabin Nsanzimana, spjega li l-maġġorparti tal-vittmi kienu jaħdmu fit-taqsima tal-kura intensiva.

Qal ukoll li nhar il-Ġimgħa ġew identifikati b’kollox madwar għoxrin każ. Huwa mfhum li il-virus tal-Marburg ġej mill-istess familja tal-virus tal-Ebola. Minħabba dan kollu, dan jista jinfirex fuq il-bnedmin mill-friefet il-lejl.

Is-sintomi ta’ dan il-virus jinkludu deni, uġigħ fil-muskoli u, f’xi każijiet, mewt permezz ta’ telf kbir ta’ demm. Minkejja li sa issa għad ma hemmx trattament speċifiku jew vaċċin għal dan il-virus, bħalissa qed jiġu żviluppati firxa ta ‘prodotti tad-demm, drogi, liema informazzjoni ġiet ikkonfermata mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, l-WHO.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport