Wednesday, April 8, 2026

VISHAV GĦADU MA NSTABX

Aqra wkoll

Il-Pulizija kkonfermat li għalkemm it-tfittxijiet għal Vishav ma waqfux, sfortunatament huwa għadu ma nstabx.

Vishav, Indjan ta’ 18-il sena, kien ġie Malta biex jistudja. Huwa issa ilu kważi 20 jum nieqes.

Għaldaqstant il-Pulizija reġgħet fakkret biex kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

Intant, fost il-komunità Indjana f’Malta tqassam filmat ta’ missier Vishav jappella biex jinstab ibnu, li kien ilu f’pajjiżna xahrejn. Il-missier jispjega kif hu ħallas somma sostanzjali ta’ flus f’tariffi biex ibnu jkun jista’ jistudja f’pajjiżna.

It-tentattivi biex jagħmlu kuntatt miegħu fuq il-mowbajl, irriżultaw li dan kien qiegħed f’pożizzjoni li ma jirrispondix. Fi kliem sħabu, li ingħaqdu fit-tfittxijiet, ‘m’għandna ebda ħjiel x’ġara”. Hu kien ġie hawn biex jistudja fil-La Vallette Institute f’Ta’ Xbiex. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport