Wednesday, December 25, 2024

Vittmi ta’ vjolenza domestika fost l-applikanti għal akkomodozzjoni alternattiva

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-akkomodazzjoni soċjali hija ta’ għajnuna għall-persuni f’sitwazzjoni finanzjarja iebsa jew b’diffikultajiet oħra li jwassluhom biex waħidhom ma jaslux li jixtru jew jikru mill-privat. Iċ-ċirkostanzi huma varji iżda fost il-persuni b’diffikultajiet li l-Awtorità tad-Djar tilqa’ applikazzjonijiet mingħandhom għal akkomodazzjoni soċjali hemm familji u anzjani vittmi ta’ vjolenza domestika.

Dawn jew huma b’ġenitur wieħed jew anke jkollhom diżabilità. Minn dawn hemm fuq il-lista ta’ stennija total ta’ 14 applikanti – 10 minn familji u erba’ anzjani li jgħixu waħedhom. Barra minnhekk, hemm persuna oħra f’diffikultà li wkoll applikat għal akkomodazzjoni soċjali li hija vittma tal-vjolenza domestika.

Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordibbli, Roderick Galdes, li f’tabella li ppreżenta fil-parlament, sal-20 ta’ Ottubru 2023, l-Awtorità tad-Djar  fuq il-lista ta’ stennija kellha 1,527 applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva. 

Applikazzjonijiet minn familji rriżulta li hemm total ta’ 861 bl-akbar ammont ikun ta’ 808 minn familji b’ġenitur wieħed. 33 applikazzjoni huma minn familji b’ġenitur wieħed u għandu diżabilità; 10 oħra minn familji b’ġenitur wieħed u għandu problemi ta’ mobilità; applikazzjoni waħda minn familja b’ġenitur wieħed li għandu diżabilità u vjolenza domestika mentri, disa’ applikazzjonijiet intefgħu minn familji b’ġenitur wieħed u għandu vjolenza domestika. 

Fejn jidħlu applikazzjonijiet taħt il-kategorija tal-anzjani li jgħixu waħidhom, l-Awtorità għandha  217 applikazzjoni li huma minn: – 185 ta’ anzjani li jgħixu waħedhom; 19 anzjani li jgħixu waħedhom u għandhom diżabilità; disa’ li jgħixu waħedhom u għandhom problemi ta’ mobilità; waħda minn anzjan/a li jgħixu waħedhom, għandhom diżabilità u vjolenza domestika mentri, tliet applikazzjonijiet huma minn anzjani li jgħixu waħedhom u għandhom vjolenza domestika.

It-tabella inkludiet applikanti “oħrajn” li t-total f’din il-kategorija huwa ta’ 449. Dawn huma: – applikazzjoni minn persuna vittma ta’ vjolenza domestika; 32 li għandhom diżabilità; 14-il applikanti għandhom problema ta’ mobilità u 402 “applikanti oħra”.

Il-Ministru Galdes għadda din l-informazzjoni għal mistoqsija li saritlu mid-deputat tal-PN, Ivan Bartolo.

Ekonomija

Sport