Saturday, December 21, 2024

Viżjoni strateġika għall-pajjiż li tmur lil hinn minn ħames snin

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt id-dibattitu dwar it-tkabbir ekonomiku preżenti ta’ pajjiżna u dak tal-futur, is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union Josef Bugeja qal li bħala unjin ilhom jisħqu fuq il-bżonn ta’ viżjoni nazzjonali strateġika għall-pajjiż kollu. Viżjoni li tmur lil hinn minn ħames snin.

Huwa nsista li bħala unjin ma’ jaqblux li għandu jkun hemm mudell ekonomiku ġdid iżda saħaq li għandu jkun irfinat dak attwali. Qal ukoll li l-GWU taqbel mal-liġi ġdida mħabbra fil-Gvern dwar it-temping agencies. 

Kien hawn fejn insista li l-ħaddiema barranin huma importanti għax dawn qegħdin jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku li qed nesperjenzaw. Dan filwaqt li ddeplora lil min qed jitkellem kontra l-ħaddiema barranin.

Ekonomija

Sport