Wednesday, April 24, 2024

Vjaġġaturi minn Malta mhux se jkollhom joqogħdu kwarantina fl-Ingilterra

Aqra wkoll

Malta ġiet inkluża fil-lista ta’ 50 pajjiż meqjus bħala sigur mill-Ingilterra, bil-vjaġġaturi minn dawn il-pajjiżi se jkunu eżentati minn kwarantina obbligatorja ta’ 14-il ġurnata. Dan il-ftehim ġie fis-seħħ wara negozjati bejn iż-żewġ gvernijiet rispettivi.

Vjaġġaturi minn pajjiżi klassifikati bħala “ħodor” jew “oranġjo” mhux se jkunu meħtieġa li jqattgħu 14-il jum f’iżolament ladarba jaslu fl-Ingilterra. Intant Malta hija meqjusa bħala li taqa’ fil-lista ta’ dawk il-pajjiżi “ħodor”.

Il-lista ta’ eżenzjonijiet se tkun qed tibqa’ taħt reviżjoni kostanti, biex għaldaqstant jekk ir-riskju ta’ saħħa jiżdied, il-miżuri ta’ iżolament jerġgħu jidħlu fis-seħħ.

Sport