Monday, November 9, 2026
Home Sport Volleyball: Iċ-champions Swieqi Phoenix ikomplu jirbħu

Volleyball: Iċ-champions Swieqi Phoenix ikomplu jirbħu

0
26

Fi tmiem il-ġimgħa fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera tkomplew id-diversi kampjonati minn kategoriji differenti organizzati mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball. Spikkaw iż-żewġ logħbiet mill-kampjonat tas-Seniors li ntrebħu minn Mgarr u ċ-champions Swieqi Phoenix Nium. Fl-ewwel partita Mgarr mis-Super League għilbu lil Birkirkara Reds bl-iskor ta’ 3-0. Mgarr rebħu l-ewwel set 25 għal 11 u t-tnejn ta’ wara 25 għal 9 u 25 għal 11. 

Anki Swieqi rebħu t-tieni konfront tal-ġurnata 3-0. Iċ-champions rebħu l-ewwel set kontra Depiro mill-Ewwel Diviżjoni 25 għal 14 u ddominaw it-tnejn l-oħra 25 għal 15 u 25 għal 10. Fil-klassifika ġenerali Swieqi Phoenix Nium u Birkirkara jinsabu fl-ewwel post b’disa’ punti kull wieħed, segwiti minn Flyers b’sitt punti, Paola Executive Security b’ħames punti, Mgarr erba’ punti, Depiro tliet punti, Falcons u Birkirkara Reds għadhom qiegħed ifittxu biex jakkwistaw l-ewwel punt tagħhom.  

Il-kampjonati tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball jitkomplew fi tmiem il-ġimgħa li ġej. 

Ir-riżultati kollha

Seniors

Birkirkara Reds vs Mgarr 0-3 (11-25, 9-25, 11-25)

Depiro vs Swieqi Phoenix Nium 0-3 (14-25, 15-25, 10-25)

Under 19

Flyers vs Swieqi Phoenix Volley Maniacs 3-0 (25-7, 25-13, 25-17)

Paola Cool And Kiwi vs Birkirkara Vixens 3-0 (25-19, 25-17, 25-21)

Under 17

Flyers vs Depiro 3-0 (25-16, 25-15, 25-23)

Paola Maypole vs Birkirkara 0-3 (16-25, 16-25, 8-25)

Swieqi Phoenix vs Falcons 3-0 (25-10, 25-7, 25-8) 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here