Wednesday, July 24, 2024

Volleyball : Swieqi Phoenix Nium u Flyers b’rebħiet importanti

Aqra wkoll

Meta fi tmiem il-ġimgħa tkomplew id-diversi kompetizzjonijiet organizzati mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball, kienu ferm mistennija ż-żewġ partiti mill-kampjonat ewlieni Super League.

Fl-ewwel logħba Flyers rebħu 3-0 lit-team fl-aħħar post tal-klassifika Paola Executive Security 3-0. Fit-tieni partita kienu ċ-champions Swieqi Phoenix NIUM li rebħu bl-iskor identiku ta’ 3-0 lil Birkirkara.

Fi tmiem dawn il-partiti, iċ-champions Swieqi saħħew posthom f’ras il-klassifika b’għoxrin punt minn seba’ logħbiet. Sal-lum huma rebħu s-seba’ loghbiet kollha li lagħbu. Flyers telgħu t-tieni bi tnax -il punt minn sitt logħbiet.

Dawn huma segwiti minn Falcons b’għaxar punti, Birkirkara ħames punti u Paola Executive Security b’erba’ punti. Flyers għandhom logħba anqas. 

Ir-riżultati kollha :

U19   -Swieqi Phoenix Sugar and Spike vs Swieqi Phoenix Tough Cookies   0-3

L-ewwel Diviżjoni

Paola Yes2Health Fitness Club vs Depiro  2-3

BKVC Reds vs BKVC Yellows  2-3

U15

BKVC Dynamites vs Swieqi Phoenix Young Stars  0-3

Flyers Vs Paola Maypole  0-3

U17

Swieqi Phoenix Challengers vs Falcons   0-3

Super League

Paola Executive Security  vs Flyers    0-3

Birkirkara VC Vs Swieqi Phoenix NIUM   0-3

Ekonomija

Sport