Monday, November 4, 2024

Waqfien mix-xogħlijiet ta’ twaqqigħ u tħaffir f’żoni turistiċi fis-sajf

Aqra wkoll

Xogħlijiet ta’ twaqqigħ u tħaffir se jkunu pprojbiti minn żoni turistiċi magħżula bejn il-15 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru 2024. Din l-inizjattiva, li qed tkun ikkordinata bejn l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), tqis l-inkonvenjent li s-siti ta’ kostruzzjoni għandhom fuq ir-residenzi u l-lukandi tal-madwar.

L-infurzar tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 623.08 (It-Tielet Skeda 1c) huwa mod wieħed kif jittaffa l-inkonvenjent li s-siti tal-kostruzzjoni għandhom kemm fuq l-industrija tat-turiżmu kif ukoll fuq in-numru ta’ familji Maltin li jmorru jgħixu f`dawn iż-żoni. Il-fażijiet ta’ twaqqigħ u tħaffir f’sit ta’ kostruzzjoni huma ta’ inkonvenjent għar-residenzi tal-madwar.

Kwalunkwe xogħol ta’ twaqqigħ u tħaffir illegali li jsir bejn il-15 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru 2023, fil-lokalitajiet u t-toroq identifikati, jista’ jiġi rrappurtat lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) fuq in-numri tat-telefon li ġejjin 80049000, 20955000 jew 20955555 kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex, waqt u wara l-ħinijiet tal-uffiċċju.

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu hija l-Awtorità kompetenti li tidentifika l-lokalitajiet u t-toroq fejn ma jistgħux isiru xogħlijiet ta’ twaqqigħ jew tħaffir. L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tirriżerva d-dritt li tbiddel jew temenda l-lista ta’ toroq kif jidhrilha meħtieġ.

Tista’ tara l-lista sħiħa tal-lokalitajiet u t-toroq fejn xogħlijiet ta’ twaqqigħ jew tħaffir huma pprojbiti matul ix-xhur tas-sajf fuq is-sit elettroniku tal-MTA:

https://www.mta.com.mt/en/summerbreaktime2024

Sport