“Kont tiġi Dar Bjorn kull sena tferraħ lir-residenti … waqt il-funeral ġabru somma sabiħa ta’ €1,650”. Qal dan Bjorn Formosa, f’kitba li qasam fuq il-pjattaforma soċjali ta’ Facebook fl-aħħar sigħat.
Huwa beda billi qal li r-ritratt illi qed jidher f’dan l-artiklu huwa l-aħħar tifkira fotografika li għandu ma’ Sonia: “Mur għidli li dan kien se jkun l-aħħar ritratt miegħek Sonia!”
Sonia Muscat Casha, Qormija li kienet membru attiv fil-Kummissjoni Attivitajiet tas-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan, kif ukoll persuna li kellha appuntament annwali mar-residenti ta’ Dar Bjorn sabiex tnisslilhom tbissima, tilfet ħajjitha lejn l-aħħar tax-xahar li għadda.
Huwa temm il-messaġġ tiegħu billi sostna li l-imħabba Sonia kellha mħabba kbira li lejn ir-residenti ta’ Dar Bjorn, kif ukoll reġa’ sellem il-memorja tagħha għal darb’oħra.