Sunday, December 22, 2024

Wara 292 sena, it-Teatru Manoel aċċessibli għal kulħadd

Aqra wkoll

Wara 292 sena, it-Teatru Manole se jkun aċċessibli għal kulħadd. Hekk stqarr il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici meta kien mistoqsi mid-Deputat Ivan Bartolo dwar x’tinnovazzjoni saret fit-Teatru Nazzjonali. L-Onor. Bartolo staqsa wkoll x’sar dwar l-aċċessibbilità għal persuni b’diżabbilità.

Il-Ministru Bonnici fit-tweġiba tiegħu qal li “ninsab informat li fir-rigward tat-Teatru Manoel, il-lift ġie fil-fatt installat u issa fadal li jsiru l-aħħar verifikazzjonijiet biex dan il-lift ikun ċertifikat għall-użu pubbliku.”

Fil-Parlament il-Ministru Bonniċi qal li jinsab informat li l-lift li ġie nstallat hu mgħammar bin-numri u bil-vuċi f’kull sular biex tkun aktar faċli għal persuni b’diżabbilità.

Hu kompla jwieġeb li sar aktar xogħol ta’ rinovazzjoni fosthom kmamar tal-banju għall-persuni b’diżabbilità f’kull sular tat-teatru.

Ekonomija

Sport