Friday, April 19, 2024

Wara każ ieħor ta’ femiċidju…Dalgħodu se ssir dimostrazzjoni oħra quddiem il-Kwartieri tal-Pulizija

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Moviment Graffiti u numru ta’ organizzazzjonijiet oħra llum se jkunu qegħdin jagħmlu dimostrazzjoni fil-11 ta’ filgħodu quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana. Din id-dimostrazzjoni se ssir b’reazzjoni għal dik deskritta bħala “insensittività u nuqqas ta’ għarfien” mill-Pulizija rigward vjolenza abbażi tal-ġeneru li fl-estrem tagħha twassal għall-femiċidju.

Total ta’ 14-il organizzazzjonijiet u gruppi se jingħaqdu mal-Moviment Graffiti f’din id-dimostrazzjoni. Dawn huma: Aditus Foundation, Alleanza kontra l-Faqar, Doctors for Choice Malta, Għajjejt u Xbajt, Integra, Malta Women’s Lobby, Men Against Violence, MGRM, Migrant Women Association Malta, Moviment Graffiti, Women for Women Foundation, Women’s Rights Foundation, YMCA Malta u l-Young Progressive Beings.

Kull min jappoġġja d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi huwa msejjaħ jingħaqad għal din il-protesta ta’ siegħa fejn se jsiru dawn it-talbiet:

* L-awtoritajiet għandhom jerfgħu r-responsabbiltà tagħhom fil-qasam; 

* Jittieħdu azzjonijiet konkreti li jindirizzaw l-isterjotipi, il-misoġinija u l-patrijarkat;

* Tkun indirizzata l-problema li jintefa’ t-tort fuq il-vittma;

* L-istupru, bħala reat, għandu jittieħed aktar b’serjetà; u 

* Għandhom jiġu aġġornati l-linji gwida għall-iskejjel fir-rigward tas-sess u tar-relazzjonijiet.

Sport