Wednesday, March 27, 2024

Il-Papa Franġisku jwiegħed ġustizzja għall-vittmi tal-abbuż mill-knisja

Aqra wkoll

Fid-diskors tiegħu tal-bieraħ, il-Papa Franġisku wiegħed li l-Knisja tinsab impenjata biex issir ġustizzja mal-vittmi ta’ abbuż sesswali minn membri tal-Knisja Kattolika jum wara li rapport żvela li l-eks Papa Benedittu XVI naqas milli jaġixxi f’erba’ każi ta’ abbuż qabel ma sar Papa.

Ir-rapport tal-Ħamis ħares lejn każijiet ta’ abbuż sesswali minn membri tal-kleru fl-Arċidjoċesi ta’ Munich bejn l-1945 u l-2019. L-eks Papa Benedittu XVI, dak iż-żmien magħruf bħala Joseph Ratzinger, kien Arċisqof hemmhekk bejn l-1977 u l-1985.

Minkejja li l-Papa Franġisku ma semmiex ir-rapport b’mod espliċitu fl-indirizz tiegħu, huwa xorta waħda qal li l-knisja, bl-għajnuna ta’ Alla, tinsab tassew determinata li twettaq ġustizzja mal-vittmi tal-abbuż mill-membri tagħha.

Fid-diskors tiegħu, il-Papa Franġisku enfasizza dwar ir-riformi riċenti fil-liġi kanonika. Filwaqt li qal li dan waħdu ma jistax ikun biżżejjed biex irażżan il-fenomenu, xorta waħda huwa pass importanti.

Ekonomija

Sport