Wednesday, March 12, 2025

Wara li l-Polonja ħabbret li kull raġel irid jitħarreġ għall-gwerra … fil-militar Ġermaniż joħroġ jiffaċċja nuqqas kbir ta’ suldati

Aqra wkoll

Wara li l-Polonja proprja ftit jiem ilu ħabbret li kull raġel irid jitħarreġ għall-gwerra, mill-Ġermanja ħareġ li minkejja l-pjanijiet ta’ Berlin biex issaħħaħ il-forzi militari tagħha, il-Bundeswehr għandha nuqqas kbir ta’ suldati.  Il-Kummissarju tad-Difiża Eva Högl sejħet għal mudell ta’ lieva ġdid u mtejjeb.

Rapport uffiċjali dwar l-istat tal-militar Ġermaniż wera stampa xejn sabiħa fejn ħareġ li hemm nuqqas ta’ 28 fil-mija f’daw li huma suldati għal gradi l-baxxi fl-armata..

Ir-rapport jgħid ukoll li l-armata Ġermaniża qiegħda tixjieħ fejn l-età medja kienet ta’  32.4 snin fl-aħħar tas-sena 2019 u issa din telgħet għal 34 sena sal-aħħar tal-2024.”

Bħalissa hemm 181,000 suldat fil-forzi armati tal-Ġermanja. Iżda l-pajjiż qed jaġġorna u jespandi bil-kbir il-militar tiegħu, inkluż iż-żieda fin-numru ta suldati. Xi wħud talbu biex tiġi restawrata il-lieva għall-irġiel li kienet sospiża fl-2011.

Högl qed tappella għal sistema ġdida u mtejba ta’ lieva biex tiġi kkunsidrata mill-Parlament. Taħt il-viżjoni ta’ Högl, kemm l-irġiel u n-nisa żgħażagħ ikunu obbligati li jagħmlu “sena soċjali” — għal xi wħud dan ikun ifisser li jkunu suldati, filwaqt li oħrajn iservu b’mod differenti, bħall-għajnuna f’każ ta’ diżastru.

Il-Ġermanja bdiet tarma ruħha mill-ġdid fuq skala kbira minn meta r-Russja bdiet l-invażjoni tagħha fl-Ukrajna fi Frar tas-sena 2022. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport