Friday, July 17, 2026
Home Elezzjoni 2022 “Wasal il-mument li nirtira mix-xena politika”

“Wasal il-mument li nirtira mix-xena politika”

0
3246

Il-kandidat Laburista Jose Herrera f’reazzjoni għar-riżultat tal-elezzjoni ġenerali rringrazzja lil dawk kollha li tawh il-fiduċja tagħhom għal sitt leġiżlaturi sħaħ.

Herrera kompla biex jgħid li kull bidu fih it-tmiem u li wara 26 sena jservi bħala Membru Parlamentari wasal il-mument li jirtira mix-xena politika.

“Grazzi kbira lil dawk kollha li ħadmu miegħi matul is-snin biex għamilna l-ġid lill-poplu Malti u Għawdxi”, temm Herrera.