Thursday, December 26, 2024

“Wasal iż-żmien li l-gwerra f’Gaża tieqaf”- Kamala Harris lil Netanyahu 

Aqra wkoll

Il-Viċi President tal-Istati Uniti Kamala Harris, li mistennija tkun in-nomina tad-Demokratiċi għall-elezzjoni presidenzjali ta’ Novembru, kellha taħditiet “kostruttivi” mal-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu.

Harris esprimiet it-tħassib serju tagħha dwar il-vittmi f’Gaża, filwaqt li qalet li Iżrael għandha kull dritt li tiddefendi lilha nfisha iżda l-mod li bih tagħmel dan huwa wkoll importanti. “Wasal iż-żmien li din il-gwerra tispiċċa,” hija qalet wara taħditiet li kellhom fil-White House.

Harris enfasizzat ukoll fuq il-ħtieġa ta’ soluzzjoni għal żewġ stati filwaqt li appellat biex l-Amerikani jkunu konxji tas-sens tad-dwejjaq li hemm dwar il-kunflitt. Matul il-jum tal-Ħamis, Netanyahu ltaqa’ wkoll ma’ Joe Biden, li ħabbar li se jkun qed jirtira l-kandidatura tiegħu mit-tellieqa għall-għażla ta’ President tal-Istati Uniti.

Il-laqgħat ta’ Netanyahu fil-White House seħħew jum wara li ta diskors fil-Kungress fejn wiegħed rebħa totali kontra l-Ħamas, b’eluf ta’ dimostranti favur il-Palestina jipprotestaw fuq barra.

Il-Prim Ministru Netanyahu qed jaffaċċja pressjoni kemm f’pajjiżu u anke lil hinn biex iġib fi tmiemha l-gwerra bejn Iżrael u Gaża, li issa daħlet fid-disa’ xahar tagħha. 

Ekonomija

Sport