Home Sport Waterpolo: Faċli għal Marsaxlokk

Waterpolo: Faċli għal Marsaxlokk

0
Waterpolo: Faċli għal Marsaxlokk
Ritratt: Mark Mangion

MARSAXLOKK MFF………… 25

OTTERS NIVEA……………….. 10

(5-5, 7-2, 7-1, 6-2)

Marsaxlokk kisbeu rebħa faċli ta’ 25-10 kontra l-Għawdxin ta’ Otters, f’partita li kif jindika r-riżultat, ħlief għall-ewwel sessjoni li ntemmet f’paritá ta’ 5-5, ix-Xlukkajri ddominaw mill-bidu sat-tmiem.

Dan hekk kif mit-tieni sessjoni, Marsaxlokk ixxalaw u rebħu din is-sessjoni, kif ukoll it-tielet u r-raba’ waħda bl-iskors rispettivi ta’ 7-2, 7-1 u 6-2.

Għal Marsaxlokk spikka ferm is-Serb Nikola Bogdanovix li skorja xejn inqas minn 16-il gowl, waqt li min-naħa l-oħra, il-goals għal Otters waslu mit-Taljan La Rosa li skorja seba’ mill-10 gowls għat-tim tiegħu, bit-tliet gowls l-oħra għall-Għawdxin jaslu minn Scicluna, Micallef u Rafailovic.

Marsaxlokk: M. Farrugia, Z. Cutajar Licari, N. Bogdanovic (16), N. Spiteri, A. Buhagiar, K. Dowling, S. Mifsud, J. Pawley, B. Lewis (1), J. Borg Tabone (6), J. Cauchi, E. Mallia (1), A. Micallef, B. Schranz (1), M. Fenech

Otters: M. Grech, J. Bugeja, K. Scicluna (1), K. Micallef (1), J. Bugeja, D. Dimech, I. Azzopardi, S. Dimech, A. Azzopardi, G. La Rosa (7), M. Farrugia, N. Cini, C. Borg, N. Camilleri, N. Rafailovic (1)

Referees: Daniele Bianco, Neville Mercieca

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here